22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Robeco Hollands Bezit NV et vs Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)
(Kawża C-658/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Artikolu 4(1)(14) - Kunċett ta’ “suq irregolat” - Kamp ta’ applikazzjoni - Sistema li fiha jipparteċipaw, minn naħa, sensara li jirrappreżentaw investituri u, min-naħa l-oħra, aġenti ta’ istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” li għandhom l-obbligu jeżegwixxu ordnijiet relatati mal-fondi tagħhom))
(2018/C 022/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robeco Hollands Bezit NV, Robeco Duurzaam Aandelen NV, Robeco Safe Mix NV, Robeco Solid Mix NV, Robeco Balanced Mix NV, Robeco Growth Mix NV, Robeco Life Cycle Funds NV, Robeco Afrika Fonds NV, Robeco Global Stars Equities, Robeco All Strategy Euro Bonds, Robeco High Yield Bonds, Robeco Property Equities
Konvenuta: Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “suq irregolat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sistema ta’ kummerċ li fil-kuntest tagħha diversi aġenti ta’ fondi u sensara jirrappreżentaw rispettivament istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” u investituri, u li hija intiża biss sabiex tassisti lil dawn l-istituzzjonijiet tal-investiment fl-obbligu tagħhom li jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ ishma magħmula minn dawn l-investituri.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy