Kawża C-661/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Staatssecretaris van Financiën Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 29 — Importazzjoni ta’ vetturi — Determinazzjoni tal-valur għal finijiet doganali — Artikolu 78 — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni — Artikolu 236(2) — Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni — Terminu ta’ tliet snin — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 145(2) u (3) — Riskju ta’ difett — Terminu ta’ tnax-il xahar — Validità
C4122017MT620120171012MT00116272
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-661/15) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 29 — Importazzjoni ta’ vetturi — Determinazzjoni tal-valur għal finijiet doganali — Artikolu 78 — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni — Artikolu 236(2) — Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni — Terminu ta’ tliet snin — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 145(2) u (3) — Riskju ta’ difett — Terminu ta’ tnax-il xahar — Validità”2017/C 412/11Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, tal-11 ta’ Marzu 2002, moqri flimkien mal-Artikolu 29(1) u (3) mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn huwa stabbilit li fid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal dħul f’ċirkulazzjoni libera għal merkanzija, speċifiku, jeżisti riskju, marbut mal-fabbrikazzjoni, li ssir difettuża bl-użu, u fejn il-bejjiegħ jagħti għal dan il-għan, b’eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija fir-rigward tax-xerrej, tnaqqis tal-prezz fil-forma tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mix-xerrej fl-adattament tal-merkanzija sabiex dan ir-riskju jiġi eskluż.
2)
L-Artikolu 145(3) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 444/2002, billi jipprevedi terminu ta’ tnax-il xahar mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħelsien għaċ-ċirkulazzjoni tal-merkanzija, li fih l-aġġustament tal-prezz effettivament imħallas kellu jseħħ huwa invalidu.
( 1 ) ĠU C 98, 14.03.2016.
Full & Egal Universal Law Academy