29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-665/15) (1)
((Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Network ta’ liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea - Użu u rabta man-network tal-Unjoni))
(2017/C 168/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:: J. Hottiaux, M. M. Farrajota u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u C. Guerra Santos, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma stabbilitx il-konnessjoni man-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(5)(d) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy