13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV van publiek recht vs Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW
(Kawża C-667/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Prattika kummerċjali qarrieqa - Skema promozzjonali piramidali - Kontribuzzjonijiet imħallsa minn membri ġodda u kumpens riċevut mill-membri eżistenti - Rabta finanzjarja indiretta))
(2017/C 046/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Loterie Nationale – Nationale Loterij NV van publiek recht
Konvenuti: Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW
Dispożittiv
Il-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tippermetti li prattika kummerċjali tiġi kklassifikata bħala “skema promozzjonali piramidali” anki fil-każ li tkun teżisti biss rabta indiretta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn membri ġodda għal tali skema u l-kumpens li jirċievu l-membri eżistenti.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy