29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic
(Kawża C-668/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika - Direttiva 2000/43/KE - Artikolu 2(2)(a) u (b) - Stabbiliment ta’ kreditu li jitlob prova addizzjonali ta’ identità, fil-forma ta’ kopja ta’ passaport jew ta’ permess ta’ residenza, lill-persuni li jitolbu self għax-xiri ta’ karozza u li identifikaw ruħhom permezz tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom li tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles))
(2017/C 168/17)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jyske Finans A/S
Konvenut: Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-prassi ta’ stabbiliment ta’ kreditu, li timponi fuq il-klijent li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles rekwiżit ta’ identifikazzjoni addizzjonali, permezz tal-provvista ta’ kopja tal-passaport tiegħu jew tal-permess ta’ residenza tiegħu.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy