22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Président de l’Autorité de la concurrence vs Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE) et
(Kawża C-671/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Artikolu 42 TFUE - Regolament (KE) Nruo2200/96 - Regolament (KE) Nru 1182/2007 - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Prattiki antikompetittivi - Artikolu 101 TFUE - Regolament Nru 26 - Regolament (KE) Nru 1184/2006 - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Responsabbiltajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet - Prattiki ta’ ffissar ta’ prezz minimu għall-bejgħ - Prattika ta’ ftehim fuq il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq - Prattika ta’ skambji ta’ informazzjoni strateġika - Suq Franċiż tal-indivji))
(2018/C 022/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Président de l’Autorité de la concurrence
Konvenuti: Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Fraileg SARL, Prim’Santerre SARL, Union des endiviers, li kienet Fédération nationale des producteurs d’endives (FNPE), Soleil du Nord SARL, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), France endives société coopérative agricole, Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives) société coopérative agricole, Marché de Phalempin société coopérative agricole, Primacoop société coopérative agricole, Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Valois-Fruits union de sociétés coopératives agricoles, Groupe Perle du Nord SAS, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique
Dispożittiv
L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 26, tal-4 ta’ April 1962, li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007, tas-26 ta’ Settembru 2007, li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122, u l-Artikoli 175 u 176 tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009, tal-25 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
prattiki li jirrigwardaw l-iffissar kollettiv ta’ prezz minimu ta’ bejgħ, ftehim dwar il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq jew skambji ta’ informazzjoni strateġika, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux joħorġu ’l barra mill-projbizzjoni tal-akkordji prevista fl-Artikolu 101(1) TFUE meta jsir qbil fuqhom bejn organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi differenti, kif ukoll ma’ entitajiet mhux irrikonoxxuti minn Stat Membru għall-finijiet li jintlaħaq għan iddefinit mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat, bħal organizzazzjonijiet professjonali li ma għandhomx l-istatus ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u
—
prattiki li jirrigwardaw ftehim dwar il-prezzijiet jew il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq jew skambji ta’ informazzjoni strateġika, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu joħorġu ’l barra mill-projbizzjoni tal-akkordji prevista fl-Artikolu 101(1) TFUE meta jsir qbil fuqhom bejn membri tal-istess organizzazzjoni ta’ produtturi jew tal-istess assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rrikonoxxuta minn Stat Membru u li huma strettament neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan jew l-għanijiet mogħtija lill-organizzazzjoni ta’ produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi kkonċernata konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy