13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – The Tea Board vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Delta Lingerie
(Kawżi Magħquda C-673/15 P sa C-676/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nruo207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali u figurattivi li jinkludu l-element verbali “darjeeling” jew “darjeeling collection de lingerie” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks kollettivi tal-Unjoni Ewropea - Trade marks kollettivi kkostitwiti mill-indikazzjoni ġeografika “Darjeeling” - Artikolu 66(2) - Funzjoni essenzjali - Kunflitt ma’ applikazzjonijiet għal trade marks individwali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Kunċett - Xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Artikolu 8(5)))
(2017/C 382/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M. Maier u A. Nordemann, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Delta Lingerie (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
The Tea Board hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appelli prinċipali.
3)
Delta Lingerie hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy