26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA
(Kawża C-677/15 P) (1)
((Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi esterni dwar il-ġestjoni ta’ programmi u ta’ proġetti, kif ukoll ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Proċedura ta’ kaskata - Kunsiderazzjoni tas-sottokriterji fi ħdan il-kriterji tal-għoti - Prinċipji ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ta’ trasparenza - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Telf ta’ opportunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Talba għal ħlas ta’ kumpens))
(2018/C 072/05)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: N. Bambara, aġent, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA (rappreżentanti: M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, dikigoroi)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Ottubru 2015, European Dynamics Luxembourg et vs UASI (T-299/11, EU:T:2015:757), hija annullata sa fejn,
—
fil-punt 2 tad-dispożittiv, hija tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għar-riżarċiment tad-danni subiti minn European Dynamics Luxembourg SA minħabba t-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas bħala l-ewwel kontraenti f’kaskata, u
—
fil-punti 4 u 5 tad-dispożittiv, hija tiddeċiedi li l-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali l-ammont ta’ kumpens ikkwantifikat, stabbilit bi qbil komuni, jew, fin-nuqqas ta’ qbil, dawn tal-aħħar għandhom iressqu quddiem il-Qorti Ġenerali t-talbiet tagħhom marbuta mal-ammont ta’ kumpens ikkwantifikat.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
It-talba għar-riżarċiment tad-danni mressqa minn European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA fil-Kawża T-299/11 hija miċħuda.
4)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 90, 7.03.2016.
Full & Egal Universal Law Academy