21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz
(Kawża C-678/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Artikolu 4(1)(2) - Kunċett ta’ “servizzi ta’ investiment” - Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I - Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar - Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll))
(2017/C 277/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohammad Zadeh Khorassani
Konvenuta: Kathrin Pflanz
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar ma jinkludix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy