13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach
(Kawża C-679/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Ħolqien ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija - Kunċett ta’ debitur - Impjegat ta’ persuna ġuridika li minnha toriġina l-introduzzjoni irregolari - Determinazzjoni ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta))
(2017/C 078/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ultra-Brag AG
Konvenut: Hauptzollamt Lörrach
Dispożittiv
1)
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, iwettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tista’ titqies li hija d-debitur tad-dejn doganali li nħoloq minħabba din l-introduzzjoni, meta dan l-impjegat introduċa l-merkanzija inkwistjoni billi osserva l-qafas tal-inkarigu fdat lilu mill-persuna li timpjegah u billi eżegwixxa l-ordnijiet mogħtija, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet speċifiċi tiegħu, u b’hekk aġixxa fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah.
2)
L-Artikolu 212a tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata, min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, miżura frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux biss isir riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu jiġi attribwit lilha wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy