6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Velikoj Gorici – il-Kroazja) – Vodoopskrba i odvodnja d.o.o. vs Željka Klafurić
(Kawża C-686/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Qafas għal politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Irkupru tal-ispejjeż ta’ servizzi marbuta mal-użu tal-ilma - Kalkolu tal-ammont dovut mill-konsumatur - Parti varjabbli marbuta mal-konsum effettiv u parti fissa indipendenti minn dan il-konsum”))
(2017/C 038/08)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Velikoj Gorici
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodoopskrba i odvodnja d.o.o.
Konvenuta: Željka Klafurić
Dispożittiv
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-prezz tas-servizzi tal-ilma ffatturat lill-konsumatur jinkludi mhux biss parti varjabbli kkalkolata abbażi tal-volum tal-ilma realment ikkonsmat mill-persuna kkonċernata, iżda wkoll parti fissa li ma hijiex marbuta ma’ dan il-volum.
(1) ĠU C 111, 29.03.2016
Full & Egal Universal Law Academy