18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-687/15) (1)
((Rikors għal annullament - Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal-2015 tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni - Artikolu 218(9) TFUE - Deroga mill-forma ġuridika prevista - Assenza ta’ indikazzjoni tal-bażi legali))
(2017/C 437/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u F. Erlbacher, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, J.-P. Hix u O. Segnana, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, J. Vláčil u M. Hedvábná, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Fize, G. de Bergues, B. Fodda u D. Colas, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie, M. Holt u D. Robertson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Dispożittiv
1)
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adottati fis-26 ta’ Ottubru 2015, fit-3419-il sessjoni fil-Lussemburgu, dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal-2015 (WRC-15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) huma annullati.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy