24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Douai – Franza) – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics
(Kawża C-690/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Affiljazzjoni obbligatorja mal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru - Issuġġettar għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali taħt id-dritt ta’ Stat Membru - Parteċipazzjoni fil-finanzjament tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru))
(2017/C 239/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Douai
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wenceslas de Lobkowicz
Konvenut: Ministère des Finances et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 14 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea, li għandu d-domiċilju fiskali tiegħu f’dan l-Istat Membru, jiġi suġġett għal kontribuzzjonijiet u għal imposti soċjali li huma allokati għall-finanzjament tal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-istess Stat Membru.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy