3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College
(Kawża C-699/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Provvista bi ħlas ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim għal pubbliku ristrett))
(2017/C 213/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Konvenut: Brockenhurst College
Dispożittiv
L-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi “relatat[i] mill-qrib” mas-servizz prinċipali ta’ tagħlim, u, għalhekk, eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), attivitajiet, imwettqa f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fil-provvista ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment lil terzi, mill-istudenti ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla, fil-kuntest tat-taħriġ tagħhom u bi ħlas, peress li dawn is-servizzi huma indispensabbli għat-taħriġ tagħhom u ma humiex intiżi sabiex jinkiseb dħul addizzjonali għal dan l-istabbiliment, permezz tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet imwettqa f’kompetizzjoni diretta ma’ dawk ta’ impriżi kummerċjali li huma suġġetti għall-ħlas tal-VAT, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy