13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – LEK Farmacevtska Družba d.d. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-700/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Supplimenti tal-ikel li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2106 - Ingredjent attiv bħala komponent essenzjali - Klassifikazzjoni eventwali fil-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda - Preżentazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti bħala prodotti mediċinali))
(2017/C 046/12)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LEK Farmacevtska Družba d.d.
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Dispożittiv
1)
L-intestatura 3004 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prodott mediċinali”, fis-sens tad-Direttiva 2001/83/[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2011, ma għandhomx jiġu kklassifikati f’din l-intestatura awtomatikament.
2)
In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkollhom effetti benefiċi ġenerali għas-saħħa u li l-komponent essenzjali tagħhom huwa ingredjent attiv li jinsab f’supplimenti tal-ikel ikklassifikati fl-intestatura tariffarja 2106 ta’ din in-nomenklatura, minkejja li jiġu ppreżentati mill-manifattur tagħhom bħala prodotti mediċinali u jiġu kkummerċjalizzati u mibjugħa bħala tali, jaqgħu taħt din l-intestatura.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy