1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Dumitru Tarcău, Ileana Tarcău vs Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA et
(Kawża C-74/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 1(1) u 2(b) - Klawżoli inġusti li jidhru f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kawzjoni u ta’ garanzija immobiljari konklużi ma’ stabbiliment ta’ kreditu minn persuni fiżiċi li jaġixxu għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom u ma għandhomx rabta ta’ natura funzjonali mal-kumpannija kummerċjali li għaliha huma garanti))
(2016/C 038/25)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dumitru Tarcău, Ileana Tarcău
Konvenuti: Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA Arad, Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA – Sucursala Baia Mare, Cristian Tarcău, Corina Tarcău, SC Magenta, fi stralċ, SC Crisco SRL
Dispożittiv
L-Artikoli 1(1) u (2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tista’ tapplika għal kuntratt ta’ garanzija immobiljari jew ta’ kawzjoni konkluż bejn persuna fiżika u stabbiliment ta’ kreditu sabiex jiġu ggarantiti l-obbligi li kumpannija kummerċjali tkun assumiet ma’ dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, meta din il-persuna fiżika tkun aġixxiet għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha u li ma jkollhiex rabta ta’ natura funzjonali mal-imsemmija kumpannija.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy