18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2016 – Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-103/15 P) (1)
((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Azzjonijiet fl-oqsma li jinteressaw il-pajjiżi fil-proċess ta’ żvilupp - Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti tal-proċess li jikkonċernaw il-kuntratt “LIEN 97-2011” - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali))
(2016/C 136/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentanti: H.-H. Heyland, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 302, 14.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy