19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – H. M. vs Agentsia za darzhavna finansova inspektsia (ADFI)
(Kawża C-129/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(9) - Kunċett ta’ “organu rregolat mid-dritt pubbliku” - Sptar stabbilit għal skop ta’ lukru u li l-kapital tiegħu huwa interament privat - Dħul li iktar minn 50 % jew li 30 % ġej minn ħlasijiet mill-iskema pubblika ta’ assigurazzjoni għall-mard inkambju għall-provvista ta’ servizzi mediċi - Artikolu 7(b) - Valur stmat tal-kuntratt - Limitu mhux milħuq - Interess transkonfinali ċert - Assenza ta’ informazzjoni - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta])
(2016/C 343/13)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H. M.
Konvenuta: Agentsia za darzhavna finansova inspektsia (ADFI)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2015, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy