1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco – Spanja) – María Pilar Plaza Bravo vs Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava
(Kawża C-137/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4(1) - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa - Ħaddiema part-time, essenzjalment ta’ sess femminili - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ammont massimu tal-benefiċċju tal-qgħad - Leġiżlazzjoni li tirreferi, għall-kalkolu ta’ dan l-ammont, għar-relazzjoni bejn il-ħin tax-xogħol tal-impjegati part-time interessati u l-ħin tax-xogħol tal-impjegati full-time))
(2016/C 038/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Pilar Plaza Bravo
Konvenuta: Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħall-dawk tal-kawża preżenti, dispożizzjoni nazzjonali li biha, għall-kalkolu tal-ammont ta’ benefiċċji tal-qgħad sħiħ li għandu jirċievi impjegat li tilef l-uniku impjieg part-time tiegħu, ikun applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time, li jikkorrispondi mal-perċentwali li jirrappreżenta l-ħin tax-xogħol ta’ impjegat part-time meta mqabbel ma’ dak ta’ impjegat full-time paragunabbli, għall-ammont massimu ta’ benefiċċju tal-qgħad stabbilit mil-liġi.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy