28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Coimbra – il-Portugall) – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público, Carlos Manuel Prata Pereira Sá Meneses, Sandra Carla Ferreira Cardoso, Douros Bar Lda
(Kawża C-151/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati f’soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Xandir ta’ xogħlijiet f’kafe/restorant permezz ta’ sett tar-radju marbut ma’ speakers))
(2015/C 320/20)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Coimbra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociedade Portuguesa de Autores CRL
Konvenuti: Ministério Público, Carlos Manuel Prata Pereira Sá Meneses, Sandra Carla Ferreira Cardoso, Douros Bar Lda
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) Direttiva 2001/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri x-xandir, permezz tal-operaturi ta’ kafe/restorant, ta’ xogħlijiet mużikali u ta’ xogħlijiet mużiko-letterarji mxandra permezz ta’ programm tar-radju, permezz ta’ sett tar-radju marbut ma’ speakers u/jew amplifikaturi, lill-klijenti preżenti f’dan l-istabbiliment.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.
Full & Egal Universal Law Academy