1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL
(Kawża C-152/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikoli 4(1) u 13 - Regolament (KEE) Nru 2220/85 - Artikolu 19(1)(a) - Kundizzjonijiet għar-rilaxx tal-garanzija kkostitwita sabiex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-ħlas lura - Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċalizzata tal-prodotti esportati - Teħid inkunsiderazzjoni, għall-għoti tal-ħlas lura, tal-fatti stabbiliti mill-awtorità kompetenti wara kontroll li seħħ wara l-esportazzjoni effettiva u l-isdoganament tal-prodotti - Interpretazzjoni tas-sentenza Cruz & Companhia (C-128/13, EU:C:2014:2432)))
(2016/C 038/28)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda
Konvenuti: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL
Dispożittiv
L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93, tal-10 ta’ Diċembru 1993, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija pprovduta minn esportatur sabiex jiżgura r-rimbors tal-ħlas bil-quddiem irċevut fuq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni tista’ tiġi implementata meta, wara kontroll imwettaq wara l-esportazzjoni effettiva u l-isdoganament tal-prodotti inkwistjoni, jiġi stabbilit li waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti ta’ dan il-ħlas lura, b’mod partikolari dik tal-kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tal-prodotti esportati, prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għal prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1829/94, tas-26 ta’ Lulju 1994, ma tkunx issodisfatta.
(1) ĠU C 205, 22.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy