18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Torino – l-Italja) – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
(Kawża C-194/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 49 TFUE - Liberta’ ta’ stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dividendi - Ftehim bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Taxxa doppja legali))
(2016/C 136/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commisione Tributaria Provinciale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer
Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat Membru, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi minn din il-kumpannija dividendi ntaxxati f’dawn iż-żewġ Stati Membri, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat Membru ta’ residenza tal-azzjonist, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat Membru tas-sors ta’ dawn id-dividendi.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy