1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Beca Engineering Srl vs Ministero dell’Interno
(Kawża C-285/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 89/106/KEE - Prodotti għall-bini - Kisi intern taċ-ċmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni jsiru biss permezz ta’ materjali mhux kombustibbli))
(2016/C 279/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Beca Engineering Srl
Konvenuta: Ministero dell’Interno
Dispożittiv
Il-kompatibiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni tal-impjanti termiċi ċivili jsiru biss permezz ta’ prodotti għall-bini, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli ma għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003.
Id-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata permezz tad-Direttiva 98/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiġi kklassifikata bħala “regolament tekniku”, fis-sens tal-punti 3 u 11 tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, u li, fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea mill-Istat Membru rilevanti, konformement mal-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, kif emendata, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tapplikax, ċirkustanzi li l-persuni individwali jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy