6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – SolarWorld AG vs Solsonica SpA, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-312/15 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament infondat - Regolament (UE) Nru 513/2013 - Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (ċelluli u wejfers) li joriġinaw jew provenjenti miċ-Ċina - Dazju antidumping provviżorju - Dazju antidumping definittiv - Ma hemmx li tingħata deċiżjoni - Telf tal-interess ġuridiku))
(2016/C 200/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Solsonica SpA, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2.
SolarWorld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 302, 14.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy