5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio) – l-Italja – Google Ireland Limited, Google Italy Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
(Kawża C-322/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u ġuridiku tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
(2016/C 454/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google Ireland Limited, Google Italy Srl
Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
fil-preżenza ta’ Filandolarete Srl, Associazione Confindustria Radio Televisioni, Federazione Italiana Editori Giornali (FIEG)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali tal-Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ April 2015, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy