5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages
(Kawża C-345/15 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 60/2012 - Importazzjoni ta’ ferrosiliċju li joriġina, fost oħrajn, mir-Russja - Regolament (KE) Nruo1225/2009 - Artikolu 11(3) u (9) - Eżami mill-ġdid interim parzjali))
(2016/C 326/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, D. O'Keeffe, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, S. Boelaert u E. McGovern, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland et M. França, aġenti), Euroalliages
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) GU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy