5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Bari) – l-Italja – Leonmobili Srl, Gennaro Leone vs Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH et
(Kawża C-353/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) u (2) - Proċedura ta’ insolvenza - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur - Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ stabbiliment fl-Istat Membru ta’ oriġni - Preżunzjoni li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali huwa l-lok tal-uffiċċju rreġistrat ġdid - Prova kuntrarja))
(2016/C 326/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Bari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leonmobili Srl, Gennaro Leone
Konvenuti: Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH, Curatela del Fallimento Leonmobili Srl, ICO Srl, Arturo Salice SpA, Grafiche Ricciarelli di Ricciarelli Bernardino, Deutsche Bank SpA, Fida Srl, Elica SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanza fejn l-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija tkun ġiet ttrasferita minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor, il-qorti, li tiġi adita, sussegwentement għat-trasferiment, b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fl-Istat Membru ta’ oriġini ma tistax tirribatti l-preżunzjoni li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din il-kumpannija jinsab fil-post tal-uffiċċju rreġistrat il-ġdid u tikkunsidra li ċ-ċentru ta’ dawn l-interessi jibqa’, fid-data li fiha tiġi adita, f’dan l-Istat Membru tal-oriġini, minkejja li din il-kumpannija ma kellhiex iktar stabbiliment hemmhekk, madankollu, huwa biss f’każ li jirriżulta minn provi oħra oġġettivi u verifikabbli minn terzi, li ċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni u l-kontroll tal-imsmemija kumpannija kif ukoll il-ġestjoni tal-interessi tagħha jibqa’ f’tali Stat f’din id-data.
(1) ĠU C 302, 14.09.2015.
Full & Egal Universal Law Academy