6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de les Illes Balears – Spanja) – Francisca Garzón Ramos, José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SA, Intercotrans SL
(Kawża C-380/15) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”)
(2016/C 200/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de les Illes Balears
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francisca Garzón Ramos, José Javier Ramos Martín
Konvenuti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SA, Intercotrans SL
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Audiencia Provincial de les Illes Balears (qorti provinċjali tal-gżejjer Baleares, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal 1 ta’ Lulju 2015.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy