5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie vs ESET spol. s r.o. sp. z o.o. Oddział w Polsce
(Kawża C-393/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Artikolu 169(a) - Kumpannija stabbilita fi Stat Membru fejn twettaq tranżazzjonijiet taxxabbli - Fergħa rreġistrata fi Stat Membru ieħor għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Twettiq okkażjonali ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli f’dan l-Istat - Attività prinċipali li tikkonsisti fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet interni għall-benefiċċju tal-imsemmija kumpanija - Taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa input minn din il-fergħa - Tnaqqis fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni))
(2016/C 326/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie
Konvenuta: ESET spol. s r.o. sp. z o.o. Oddział w Polsce
Dispożittiv
L-Artikolu 168 u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretat fis-sens li fergħa, irreġistrata fi Stat Membru għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li twettaq prinċipalment tranżazzjonijiet interni, mhux suġġetti għal din it-taxxa, favur din il-kumpanija iżda wkoll, kultant, tranżazzjonijiet taxxabbli fl-Istat Membru tagħha ta’ reġistrazzjoni, hija intitolata li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa input f’dan l-aħħar Stat, fuq oġġetti u servizzi użati għall-bżonnijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-imsemmija kumpannija, magħmula fl-Istat Membru l-ieħor fejn din tal-aħħar hija stabbilita.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy