18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Itzehoe – il-Ġermanja) – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath
(Kawża C-397/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - L-Ewwel Protokoll dwar l-Interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni ta’ Ruma - Artikoli 1 u 2(a) u (b) - Qrati nazzjonali li għandhom il-possibbiltà li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2016/C 136/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Itzehoe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG
Konvenut: Gerhild Lukath
fil-preżenza ta’: Rüdiger Boy, Boy Finanzberatung GmbH, Christian Maibaum, Vienna-Life Lebensversicherung AG, Frank Weber
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mil-Landgericht Itzehoe (qorti reġjonali ta’ Itzehoe, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża C-397/15.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy