19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA
(Kawża C-450/15) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nruo1/2003 - Artikolu 23(2)(a) - Interpretazzjoni fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Kriterji - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Prattika nazzjonali - Aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti - Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali - Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”))
(2016/C 343/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Konvenuta: Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex manifestament ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2015.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy