19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – BASF SE vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-456/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a(5) - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Mod ta’ kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 15(3) - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità))
(2016/C 343/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BASF SE
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
1)
L-eżami tal-ewwel u t-tieni domandi ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn din id-dispożizzjoni teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ emissjonijiet mill-produtturi tal-elettriku għad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima tal-kwoti.
2)
L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma invalidi.
3)
L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma llimitati ratione temporis b’mod li, minn naħa, din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss fit-tmiem ta’ perijodu ta’ għaxar xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14, EU:C:2016:311), sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tipproċedi bl-adozzjoni tal-miżuri neċessarji u, min-naħa l-oħra, il-miżuri adottati sa dan it-tmiem fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy