1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Verners Pudāns vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-462/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Skemi ta’ għajnuna diretta - Artikolu 29(1) - Obbligu li jitwettqu l-ħlasijiet b’mod sħiħ lill-benefiċjarji - Taxxa fuq id-dħul))
(2016/C 279/11)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Verners Pudāns
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħlasijiet magħmula abbażi tal-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għat-taxxa fuq id-dħul.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy