1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Openbaar Ministerie vs A.
(Kawża C-463/15 PPU) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/JAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikoli 2(4) u 4(1) - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Liġi kriminali nazzjonali li tissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, minbarra għall-kriminalità doppja, għall-kundizzjoni li l-fatt inkriminat ikun punibbli b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà b’massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar fid-dawl tal-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni))
(2016/C 038/29)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Openbaar Ministerie
Konvenuta: A.
Dispożittiv
L-Artikoli 2(4) u 4(1) tad-Deċiżjoni kwadra [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/JAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-konsenja abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tkun issuġġettata, fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, mhux biss għall-kundizzjoni li l-fatt li għalih inħareġ dan il-mandat ikun jikkostitwixxi reat fid-dawl tal-liġi ta’ dan l-Istat Membru, iżda wkoll għall-kundizzjoni li dan ikun, fid-dawl ta’ din l-aħħar liġi, punibbli b’piena li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar.
(1) ĠU C 363, 03.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy