19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Prekršajni Sud u Bjelovaru – il-Kroazja) – Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15) vs Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka
(Kawżi magħquda C-511/15 u C-512/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Ftehim ta’ kreditu immobiljari - Rata ta’ interessi varjabbli - Obbligi li jaqgħu fuq il-kreditur - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ftehim eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha - Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2008/48))
(2016/C 475/11)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Prekršajni Sud u Bjelovaru
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15)
Konvenuta: Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka
Dispożittiv
L-Artikoli 23 u 30(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq il-kreditur, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-osservanza ta’ obbligi fir-rigward tar-rata ta’ interessi varjabbli għall-ftehimiet ta’ kreditu diġà eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dawn il-ftehimiet ta’ kreditu ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u, barra minn hekk, dawn l-obbligi ma jikkostitwixxux implementazzjoni tagħha.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016
Full & Egal Universal Law Academy