28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova, Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija – Fondul Proprietatea SA vs Complexul Energetic Oltenia SA (C-556/15), SC Hidroelectrica SA (C-22/16)
(Kawżi magħquda C-556/15 u C-22/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Parteċipazzjoni ta’ kumpannija b’sehem prinċipalment pubbliku fiż-żieda ta’ kapital ta’ kumpannija li l-uniku azzjonist tagħha huwa l-Istat jew fil-formazzjoni ta’ kapital azzjonarju ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata miżmuma mill-Istat - Domandi ta’ natura ipotetika - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti għal dak li jirrigwarda l-kuntest fattwali - Inammissibbiltà manifesta))
(2017/C 283/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova, Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA
Konvenuti: Complexul Energetic Oltenia SA (C-556/15), SC Hidroelectrica SA (C-22/16)
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (qorti tal-appell ta’ Craiova, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2015, u mit-Tribunalul București (qorti tal-prim’istanza ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2015, huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016
ĠU C 118, 4.4.2016
Full & Egal Universal Law Academy