27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-575/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali ZARA - Servizzi ta’ trasport - Użu ġenwin - Proċedimenti ta’ revoka - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) - Żnaturament tal-provi - Drittijiet tad-difiża))
(2017/C 063/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (rappreżentant: C. Duch Fonoll, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carillo, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Industria de Diseño Textil SA (Inditex) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy