27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Alain Laurent Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-590/15 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura nnegozjata ta’ sejħa għal offerti intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi - Esklużjoni ta’ subappaltatur propost - Kapaċità professjonali - Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku komplet - Rikonoxximent ta’ diplomi))
(2017/C 063/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Alain Laurent Brouillard (rappreżentant: P. Vande Casteele, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u S. Chantre, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alain Laurent Brouillard huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 48, 08.02.2016
Full & Egal Universal Law Academy