6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas – Spanja) – Ibercaja Banco SAU vs José Cortés González
(Kawża C-613/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self fuq proprjetà immobbli - Klawżola dwar l-interessi moratorji - Klawżola ta’ rimbors antiċipat - Setgħa tal-qorti nazzjonali - Terminu ta’ dekadenza))
(2016/C 200/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ibercaja Banco SAU
Konvenut: José Cortés González
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li:
—
l-Artikoli 3(1) u 4(1) tagħha ma jippermettux li d-dritt ta’ Stat Membru jirrestrinġi s-setgħa diskrezzjonali tal-qorti nazzjonali fir-rigward tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ kreditu ipotekarju konkluż bejn konsumatur u professjonist, u
—
l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha jeħtieġu li d-dritt nazzjonali ma jipprekludix li l-qorti ma tiħux inkunsiderazzjoni tali klawżola kieku kellu jiġi konkluż li din kienet ta’ natura “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy