27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2016 – VSM Geneesmiddelen BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-637/15 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Artikolu 13(3) - Lista komunitarja tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Sustanzi botaniċi - Indikazzjonijiet sospiżi - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Att kontestabbli))
(2017/C 063/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: VSM Geneesmiddelen BV (rappreżentant: U. Grundmann, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ippreżentata mill-European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (EUCOPE).
3.
VSM Geneesmiddelen BV hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-appell.
4.
VSM Geneesmiddelen BV u l-European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (EUCOPE) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talba għal intervent ippreżentata minn din tal-aħħar.
(1) GU C 48, 08.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy