13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/14
Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-9 ta’ Frar 2015 – ANKO AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-2/15 SA)
(2015/C 118/18)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: B. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tawtorizza lill-“ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias” teffettwa l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid ta’ oġġetti tal-Kummissjoni fil-Greċja, sabiex tissoddisfa t-talba għas-somma ta’ EUR 6 752 ,74 kif ukoll l-interessi moratorji mit-12 ta’ Awwissu 2010 u sal-ħlas sħiħ u komplut, b’rata tal-1 %.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy