20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Jannar 2015 – DHL Express (Austria) GmbH
(Kawża C-2/15)
(2015/C 127/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DHL Express (Austria) GmbH
Konvenuta: Post-Control-Kommission
Partijiet oħra fil-kawża: Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie (Ministeru Federali għat-Trasport, għall-Innovazzjoni u għat-Teknoloġija)
Domandi preliminari
1.
Id-Direttiva 97/67/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fornituri ta’ servizzi postali huma marbuta jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja nazzjonali indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn jipprovdux servizzi li jagħmlu parti mis-servizzi universali?
2.
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
a)
Huwa suffiċjenti, sabiex jinħoloq obbligu ta’ finanzjament, li l-fornitur ikkonċernat jipprovdi servizzi postali li għandhom jiġu kklassifikati bħala servizzi li jagħmlu parti mis-servizz universali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda li jmorru lil hinn mit-total minimu ta’ tali servizzi impost mid-Direttiva?
b)
Hemm lok, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ impriża partikolari fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li wieħed jipproċedi bl-istess mod bħal fil-każ tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond ta’ kumpens previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva?
c)
L-obbligu tal-osservanza tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità previsti fl-Artikolu 7(5) tal-imsemmija direttiva u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-“interskambju [...] mas-servizz universali” previst fil-premessa 27 tad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, jeżiġu li l-partijiet mid-dħul mill-bejgħ marbuta ma’ dawn is-servizzi b’valur miżjud, jiġifieri ma’ servizzi postali li ma jaqgħux taħt is-servizz universali iżda huma marbuta miegħu, għandhom jitnaqqsu u ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni ta’ din il-parteċipazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.
(2) Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy