13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Jannar 2015 – Alexandra Stück vs Swiss International Air Lines AG
(Kawża C-3/15)
(2015/C 118/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alexandra Stück
Konvenuta: Swiss International Air Lines AG
Domanda preliminari
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (1), tal-21 ta’ Ġunju 1999, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera (2), tas-26 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (3), japplika konformement mal-Artikolu 3(1)(b) tiegħu anki għall-passiġġieri ta’ titjira operata minn trasportatur tal-ajru Svizzeru minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz lejn ajruport li jinsab fl-Isvizzera?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94.
(2) Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat Konġunt tat-trasport bl-ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, tas-26 ta’ Novembru 2010, li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 347, p. 54).
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy