30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV
(Kawża C-4/15)
(2015/C 107/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Argos Supply Trading BV
Domanda preliminari
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi meħtieġa għas-sistema ta’ pproċessar passiv, il-kunċett ta’ “proċessuri tal-Komunità” li jinsab fl-Artikolu 148(ċ) tal-KDK [Kodiċi Doganali tal-Komunità] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi b’mod partikolari produtturi tal-Komunità ta’ materja prima jew ta’ prodotti kważi lesti li huma identiċi għal dawk li, fil-proċess ta’ pproċessar, ġew ipproċessati bħala merkanzija mhux tal-Komunità?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy