30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Gökhan Büyüktipi vs Achmea Schadeverzekeringen NV u Stichting Achmea Rechtsbijstand
(Kawża C-5/15)
(2015/C 107/27)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gökhan Büyüktipi
Konvenuti: Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “proċedura [amministrattiva]” imsemmi fil-parti introduttorja u fis-subparagrafu (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE (1), tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-fażi ta’ lment quddiem is-CIZ [Centrum Indicatiestelling Zorg], li matulha l-persuna li t-talba għal indikazzjoni tagħha tkun inċaħdet mis-CIZ tressaq ilment quddiem l-istess CIZ sabiex titolbu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187
Full & Egal Universal Law Academy