13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fit-12 ta’ Jannar 2015 – TNS Dimarso NV vs Vlaams Gewest
(Kawża C-6/15)
(2015/C 118/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TNS Dimarso NV
Konvenut: Vlaams Gewest
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], meħud waħdu u moqri flimkien mal-portata tal-prinċipji tad-dritt Ewropew ta’ ugwaljanza u ta’ trasparenza fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-kuntratt jingħata lill-offerent li l-offerta tiegħu hija, fil-fehma tal-awtorità kontraenti, l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, l-awtorità kontraenti hija dejjem meħtieġa tistabbilixxi minn qabel u tinkludi fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt il-metodu ta’ evalwazzjoni jew ir-regoli ta’ ponderazzjoni, irrispettivament mill-prevedibbiltà tagħhom, min-natura abitwali tagħhom jew mill-portata tagħhom, li fuq il-bażi tagħhom l-offerti huma evalwati skont il-kriterji u s-subkriterji tal-għoti,
2)
jew, jekk ma hemmx obbligu ġenerali simili, fis-sens li hemm ċirkustanzi, bħal b’mod partikolari l-portata, in-nuqqas ta’ prevedibbiltà jew in-natura inabitwali ta’ dawn ir-regoli ta’ ponderazzjoni, fejn tali obbligu huwa applikabbli?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy