20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra Kanapathippilai Kanageswaran
(Kawża C-7/15)
(2015/C 127/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Essen
Parti fil-kawża prinċipali
Kanapathippilai Kanageswaran
Domanda preliminari
L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), mid-9 ta’ Settembru 2007 sal-24 ta’ Mejju 2009, b’mod partikolari permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/379/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 (2), 2007/445/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 (3), 2007/868/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 (4), 2008/583/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 (5) u 2009/62/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 (6), hija invalida?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.
(2) ĠU L 294M, p. 169.
(3) ĠU L 169, p. 58.
(4) ĠU L 340, p. 100.
(5) ĠU L 188, p. 21.
(6) ĠU L 23, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy