30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Jannar 2015 – Cdiscount SA vs Ministère public
(Kawża C-13/15)
(2015/C 107/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cdiscount SA
Konvenut: Ministère public
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (1) jipprekludu li jkun ipprojbit, fiċ-ċirkustanzi kollha, irrispettivament mill-impatt potenzjali tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur medju, tnaqqis tal-prezz li ma huwiex ikkalkolat skont il-prezz ta’ referenza stabbilit permezz ta’ regolament?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 249, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy