23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/7
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-14/15)
(2015/C 096/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, M. Pencheva, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/731/UE, tad-9 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Malta (1), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/743/UE, tal-21 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Ċipru (2), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/744/UE, tal-21 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Estonja (3);
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Parlament jinvoka żewġ motivi bbażati fuq il-ksur tat-Trattati, minn naħa, u fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, min-naħa l-oħra, insostenn tar-rikors għal annullament tiegħu.
Fl-ewwel lok, il-Parlament iqis li l-Kunsill ma użax bażi legali xierqa biex jadotta d-deċiżjonijiet ikkontestati.
Fit-tieni lok, il-Parlament jilmenta li l-Kunsill uża proċedura deċiżjonali li ma hijiex legalment korretta.
(1) ĠU L 302, p. 56
(2) ĠU L 308, p. 100
(3) ĠU L 308, p. 102
Full & Egal Universal Law Academy