7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/13
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 minn Eugen Popp u Stefan M. Zech mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-463/12 – Eugen Popp u Stefan M. Zech vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-17/15 P)
(2015/C 406/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Eugen Popp u Stefan M. Zech (rappreżentanti: A. Kockläuner u O. Nilgen, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla), permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Ottubru 2015, ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy